Dwarna | Avviżi tal-Parroċċa - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Dwarna

Avviżi tal-Parroċċa - 21 ta' April 2024

1. Għada/Illum ir-Rużarju tas-6.00pm jkun quddiem Ġesu’ Ewkaristija b’talb għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.

2. L-Erbgħa hija r-raba’ Erbgħa tal-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu. Fis-6.00pm jkollna r-Rużarju u wara quddiesa bl-omelija. Wara funzjoni Marjana u barka Sagramentali. Nhar l-Erbgħa l-Grupp tal-Anzjani mhux ser jiltaqa’ fiċ-ċentru.

3. Il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jkun hawn nofs siegħa adorazzjoni quddiem Ġesu’ Ewkaristija mmexija mill-Komunità Ewkaristika.

Avviżi oħra:

• Il-Ġimgħa 10 ta’ Mejju se jsir l-Irtir Nazzjonali għat-Terzjarji fis-Santwarju tal-Ħniena Divina n-Naxxar. Iktar dettalji mingħand Josephine Spiteri.

• Minn nhar it-Tnejn nibdew niktbu l-intenzjonijiet għall-quddies għax-xhur ta’ Mejju sa Awwissu.