Dwarna | Programm tar-Randan 2024 - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Dwarna

Programm tar-Randan 2024

L-Erbgħa: 14 ta’ Frar – Bidu tar-Randan Imqaddes
Ash Wednesday at 6.30pm Solemn Mass in the beginning of Lent
Jum ta’ sawm u astinenza mil-laħam
6.00pm Via Sagra mit-Terzjarji Karmelitani
6.30pm Quddiesa Solenni tal-bidu tar-Randan

Kull nhar ta' Ġimgħa fis-6.00pm nitolbu bil-Via Sagra u naħsbu fuq il-misteri tat-tbatija ta’ Ġesu’.

Il-Ġimgħa: 16 ta’ Frar
5.30pm Laqgħa għat-tfal u adoloxxenti kollha fil-knisja fil-bidu tar-Randan.
6.00pm Via Sagra mill-abbatini u wara l-Quddiesa

Mit-Tnejn 19 ta’ Frar sal-Ħamis 22 ta’ Frar, 9.00am
L-ewwel kors ta’ Eżerċizzi Spiritwali għal kulħadd
Predikatur Mons. Anton Gouder

Mit-Tnejn 26 ta’ Frar sal-Ġimgħa 1 ta’ Marzu, 7.00pm
It-tieni kors ta’ Eżerċizzi Spiritwali għal kulħadd
7.00pm Predikatur Mons. Brendan Gatt

Il-Ġimgħa: 1 ta’ Marzu
5.00pm It-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina jagħmlu l-ewwel qrara tagħhom fil-knisja
6.00pm Via Sagra mill-Grupp tal-Ħniena Divina
6.30pm Quddiesa

Il-Ġimgħa: 22 ta’ Marzu—Festa ta’ Marija Addolorata
Feast of Our Lady of Sorrows 6.30pm mass and followed by procession
6.00pm Via Sagra mill-Membri tal-Leġjun ta’ Marija
6.30pm Quddiesa u wara purċissjoni bl-istatwa devota ta’ Marija Addolorata li tgħaddi minn dawn it-toroq: Fleur-de-Lys, Trejqa Fleur-de-Lys, Borg u Fleur-de-Lys. Kif tasal quddiem il-knisja tingħata l-Barka Sagramentali fuq iz-zuntier. Inħeġġu lil dawk li joqgħodu f’dawn it-toroq biex jżejnu l-gallariji u t-twieqi bix-xbiehat tal-Madonna.

Il-Ħadd: 24 ta’ Marzu - Ħadd il-Palm
Palm Sunday at 10.15am blessing of the olive tree branches and palm fronds followed by Solemn Mass
10.15am Tberik tal-friegħi tal-palm u ż-żebbuġ fil-Kunvent tas-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù u wara purċissjoni sal-knisja li tgħaddi minn dawn it-toroq: Notabile, Akwadott, Indjana, Fleur-de-Lys u lura l-knisja fejn tibda l-quddiesa solenni bil-qari tal-ġrajja tal-Passjoni tal-Mulej.
6.00pm Via Sagra u wara quddiesa

It-Tnejn: 25 ta’ Marzu
6.00pm Via Sagra animata mit-tfal u l-addoloxxenti.
6.30pm Quddiesa bi ħsieb fuq il-passjoni tal-Mulej

It-Tlieta: 26 ta’ Marzu
At 6.30pm Mass an after Via Sagra in the nearby streets.
6.00pm Rużarju
6.30pm Quddiesa bi ħsieb fuq il-Passjoni tal-Mulej u wara Via Sagra bil-kurċifiss devot li tibda mit-tarf ta’ Triq l-Akwadott sa t-tarf l-ieħor li tmiss ma Triq 1 ta’ Mejju fejn tingħata l-Barka Sagramentali.

L-Erbgħa: 27 ta’ Marzu
6.00pm Via Sagra animata mill-Komunità Ewkaristika
6.30pm quddiesa b’ħsieb fuq il-Passjoni tal-Mulej u wara ċelebrazzjoni ta’ qima lill-Pjagi ta’ Ġesù Kurċifiss.

Il-Ħamis: 28 ta’ Marzu - Ħamis ix-Xirka
6.30pm Solemn Mass, celebrating the institution of the Holy Eucharist
7.15am Talb tas-salmi flimkien
6.30pm Quddiesa solenni bir-rit tal-ħasil tar-riġlejn, li fit-tmiemha jiġi trasportat is-Santissimu Sagrament għall-artal tar-repożizzjoni.
8.15pm jibdew il-viżti
10.00pm Adorazzjoni u sahra mal-Mulej
Il-knisja tgħalaq kif tispicca l-adorazzjoni.

Il-Ġimgħa: 29 ta’ Marzu - Jum il-Ġimgħa l-Kbira
Good Friday at 3.00pm liturgical celebration
Jum ta’ sawn u astinenza mil-laħam
8.00am talb flimkien tas-salmi
9.00am Viżti
10.00am Adorazzjoni għat-tfal u l-ġenituri animata mis-soċjeta tal-Museum
2.45pm Kurunella tal-Ħniena Divina
3.00pm Azzjoni Liturġika li tfakkar il-passjoni tal-Mulej, l-adorazzjoni tas-salib u t-tqarbin.

Is-Sibt: 30 ta’ Marzu – Vġili tal-Għid
At 8.00pm the Easter Vigil celebration
7.15am Talb tas-salmi flimkien
8.00pm Funzjoni liturġika tal-Għid, tinkludi liturġija tal-kelma u tberik tan-nar il-ġdid.

Il-Ħadd: 31 ta’ Marzu - Jum l-Għid il-Kbir
Easter Sunday at 9.00am solemn mass
Quddies fis-6.00am, 7.00am, 8.00am, 9.00am, 10.30am, 5.00pm (bl-Ingliż) 6.30pm u 8.00pm.
Fid-9.00am Quddiesa solenni tal-Għid bis-sehem tat-tfal kollha li fit-tmiemha jsir it-tberik tal-figolli.
6.00pm Via Lucis miktuba minn San Ġorġ Preca
6.30pm Quddiesa bil-Għasar tal-Ħadd tal-Għid
8.00pm Quddiesa

Tajjeb li matul ir-Randan nirċievu s-sagrament tal-Qrar u ma nħallux għal aħħar ħinijiet, u li nattendu u nieħdu sehem fil-funzjonijiet bi spirtu ta’ ġabra u talb.

We encourage you to participate in our celebrations during Lent and Easter and to find time to receive the sacrament of reconciliation and the Eucharist. At 5.00pm every Sunday in Fleur-de-Lys parish church we say mass in English.

Tberik

Tberik tal-familji fil-granet tal-Għid il-Kbir

• Dawk li jixtiequ li jbierku d-djar tagħhom matul iż-żmien tal-Għid huma mitluba jagħmlu kuntatt mall-Uffiċċju Parrokkjali fuq in-numru 21 441769 jew fuq l-email: parrocca.fleur.de.lys@maltadiocese.org sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 15 ta’ Marzu, 2024

Those who want Easter home blessing can contact the Parish Office on telephone 21 441769 or by email to: parrocca.fleur.de.lys@maltadiocese.org by not later than Friday 15th March, 2024.