Riżorsi | L-Imħabba ta' Alla - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Riżorsi

L-Imħabba ta' Alla

L-Imħabba ta' Alla

Darba xi għaddasa sabu vapur mgħerreq u fost l-affarijiet li sabu fih kien hemm kaxxa b'ċurket ta' tieġ b'din l-iskirzzjoni "I have nothing more to give you ". Din il-kitba kienet toqgħod sew fuq is-salib tal-Mulej.

Fil-ktieb tiegħu "Who is Christ " Anthony Padovano jikteb "Christ did not suffer because suffering is in itself a value, but because love without restraint requires suffering. It is not a love for suffering which Christ reveals, but a love which prevails in suffering... We are saved not by the physical death of Jesus but by the absoluteness of a love which did not count death to high a price ".

San Franġisk de Sales jikteb "Unhappy is death without the love of the Saviour, unhappy is love without the death of the Saviour! "

Ningħaqdu ma San Pawl meta fl-Ewwel Ittra lill-Korintin kapitlu 13 jikteb (1Kor:13:4-8), bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu,
"L-imħabba taf tistabar u tħenn;
l-imħabba m'hijiex għajjura, ma tintefaħx
biha nfisha, ma titkabbarx fuq l-oħrajn;
ma tagħmilx dak li m'hux xieraq; ma tfittixx
dak li hu tagħha,
xejn ma tinkorla; ma żżommx f'qalbha għad-deni,
ma tifraħx bl-inġustizzja,
imma tifraħ bil-verità;
kollox tagħder, kollox temmen, kollox tittama,
kollox tissaporti.
L-imħabba ma tintemm qatt. "

Illum il-Ġimgħa l-Kbira, kemm hija ħaġa sabiħa kieku f'dan il-kwiet (silenzju) naħsbu iżjed fuq l-IMĦABBA TA' ALLA – f'Ġesu, u kif nistgħu ikollna din l-imħabba kullimkien.

Illum il-Ġimgħa l-Kbira kemm hija ħaġa sabiħa kieku f'dan il-kwiet (silenzju) naħsbu iżjed fuq l-Imħabba t'Alla – f'Ġesu u kif nistgħu inkabbru din l-imħabba kullimkien.

P. Martin D. Schembri
Kappillan