Dwarna | Komunitajiet Reliġjużi Oħra | Sorijiet Agostinjani - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Dwarna

Komunitaijiet Reliġjuzi Oħra

Sorijiet Agostinjani

Sorijiet Agostinjani

Sor Maria Tereża Spinelli mara qalbiena u mimlija bl-Ispirtu t’Alla ma felhietx tara tfal u żgħażagħ bla tagħlim u wara ħafna taħbit irnexxielha tiftaħ l-ewwel skola pubblika għall-bniet fi Frosinone, fl-Italja fl-1821. Il-ħidma tagħha intgħoġbot u xebbiet oħra ingħaqdu magħha u fl-1827 waqfet l-ewwel komunita reliġjuża u bdew jissejħu sorijiet Agostinjani Servi ta; Ġesu u ta’ Marija. Il-ħidma tagħhom inxterdet mall-Italja kollha.

Fl-1894 waslu wkoll f’Malta. Il-ħidma tagħhom bdiet tinxtered sewwa u minn dar waħda f’Ħal Qormi żdiedu oħrajn fil-Mosta, il-Gżira, r-Rabat, Għawdex u fi Fleur-de-Lys. Is-Sorijiet Agostinjani għandhom żewġ kunventi fi Fleur-de-Lys, wieħed quddiem il-Knisja Parrokkjali u l-ieħor fi Triq l-Ewwel ta’ Mejju fejn għandhom ukoll skola.

In-numru ta’ vokazzjonijiet Maltin baqa’ dejjem jiżdied u kemm setgħu fetħu djar anke barra minn gżiritna. Hemm sorijiet Maltin fl-Awstralja, l-Amerka, l-Ingilterra u saħansitra għandhom missjoni fil-Brażil.