Riżorsi | Il-Ġnien taż-Żebbuġ - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Riżorsi

Il-Ġnien taż-Żebbuġ

Wara li waqqaf l-Ewkaristija, Ġesù ħareġ mal-appostli, u waqt li kienu mixjin lejn il-ġnien taż-żebbuġ qagħdu jkantaw is-salmi. Din kienet drawwa fost il-Lhud biex ma jaqgħux fit-tentazzjoni tat-tlablib żejjed.

Meta wasslu fil-ġnien taż-żebbuġ Ġesù qasam f'żewġ gruppi lill-appostli u d-dixxipli. Ħalla tmienja mill-appostli flimkien mad-dixxipli (nafu dan mir-rakkont ta' San Mark) u ħa miegħu lit-tlett appostli l-oħra. Daħal iżjed il-ġewwa u ħalla it-tlett appostli u Hu mexa aktar il-ġewwa.

Għalfejn dawn it-tappi? Hija l-mixja tal-ħajja tagħna; ma nistgħux nieqfu, imma irridu kuljum nimxu aktar il-ġewwa. Ma nistgħux nieqfu imma irridu naslu f'post fejn fil-kwiet u fil-hemda nisimgħu lil Alla jkellimna u ngħidulu “Ikun li trid Int”. Qegħdin taraw kif Alla, fi kliem Ġesù qal “Ma flaħtux tishru siegħa miegħi”. Qiegħed jistedinna biex matul il-ġurnata nieqfu ftit u nisimgħu lil Alla.

Tkun ta' siewi għalik, jekk taqbad sentenza mill-Evanġelu u taqra tlett darbiet u toqgħod taħseb fuqha. Suġġerimeint sabiħ huwa li taqbad it-8 Beatitudni, dawk li Ġesù qal fuq il-muntanja, (għandek waħda kuljum għal tmien t'ijiem) u għamel għaxar minuti aħseb fuqhom f'ħinijiet differenti tal-ġurnata. Ipprova ftakar fis-sentenza, anki meta tistembaħ billejl. Hekk tara kif bħal Ġesù li kien wiċċu fl-art kif beda l-passjoni tiegħu, rebaħ id-dinja. Int wkoll tirbaħ lilek innifsek.

P. Martin D. Schembri

Kappillan