Dwarna | Purċissjonijiet 2023 - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Dwarna

Lista tal-Purċissjonijiet fi Fleur-de-Lys - Sena 2023


Id-Duluri
Pellegrinaġġ bl-istatwa tad-Duluri li tgħaddi minn dawn it-triq Fleur-de-Lys, St. Anthony, P. Anastasju Cuschieri O.Carm, Borg, Fleur-de-Lys Junction u lura għall-Knisja.
Il-Ġimgħa 31/03/23 fis-7.00pm.

Ħadd il-Palm
It-tifkira tad-daħla Solenni ta Sidna Ġesu Kristu f’Ġerusalemm. Il-purċissjoni tibda mill-Kunvent tas-Sorijiet tal-Qalb ta' Ġesu fi Triq Notabile u nkomplu fi Triq Akkwadott, Triq l-Indjana, u Triq Fleur-de –lys u lura għall-Knisja.
Il-Ħadd 02/04/23 fid-9.45am.

Via Sagra
Pellegrinaġġ bil-Kurċifis li jibda mill-Knisja fi Triq Fleur-de-Lys, u jgħaddi minn Triq Borg,Triq Psaila u jispiċċa fi Triq Ġan Anton Vassallo.
It-Tlieta 04/04/23 fis-7.00pm.

Għeluq tax-Xahar ta’ Mejju
Quddiesa fil-beraħ fil-pjazetta ta’ Triq il-Għolja u wara purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna bit-talba tar-Rużarju li tgħaddi minn dawn it-Toroq: Pietru Docotrous, Palazz l-Aħmar u Batterija. Wara Barka Sagramentali.
L-Erbgħa 31/5/23 fis-6.30pm.

L-Ewwel Tqarbina
Pellegrinaġġ mit-tfal li jibda miċ-Ċentru Parrokkjali fi Triq il-Vlontin u jgħaddi minn Triq l-Ewwel ta’ Mejju u Triq Fleur-de-Lys.
Is-Sibt 3/6/23 fl-4.00pm.

Festa tal-Ġisem u d-Demm tal- Mulej (Corpus)
Pellegrinaġġ bis-Sagrament li jibda mill-Knisja fi Triq Fleur-de-Lys u jgħaddi minn Triq il-Passju, Triq il-Vlontin, Triq l-Ewwel ta' Mejju u Triq Fleur-de-Lys.
Il-Ħadd 11/06/23 fil-11:00am.

Qalb ta' Ġesu'
Pellegrinaġġ bis-Sagrament li jibda mill-Knisja fi Triq Fleur-de-lys, u tkompli fi Triq il-Passju, u Triq Notable sal-Kunvent tas-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesu.
Il-Ġimgħa 16/06/23 fis-6.30pm.

Transulazzjoni Solenni Lejliet il-Festa Parrokkjali
Pellegrinaġġ bir-relikwija, li jibda mill-Kunvent tas-Sorijiet Karmelitani fi Triq P. Anastasju Cuschieri O.Carm, Triq Borg u Triq Fleur-de-Lys għall-Knisja Parrokkjali.
Is-Sibt 01/07/23 fis-6.00pm.

Festa tat-Tfal
Purċissjoni bl-istatwa żgħira tat-tfal, li tibda minn Triq Fleur-de-lys, Triq il-Passju, Triq il-Vlotin, Triq l-Ewwel ta' Mejju u Triq Fleur-de-lys.
Is-Sibt 01/07/23 fis-7.30pm.

Festa Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu
Purċissjoni bl-istatwa devota tal-Madonna tal-Karmnu li tibda mill-Knisja Parrokkjali fi Triq Fleur-de -Lys, u tgħaddi minn Triq St. Anthony, Triq P. Anastasju Cuschieri O.Carm, Triq Borg, Fleur-de-lys Junction, Triq Fleur-de-lys u lura għall-Knisja.
Il-Ħadd 02/07/23 fis-7.00pm.

Festa tal-Madonna tar-Rużarju
Purċissjoni fil-festa tal-Madonna tar-Rużarju li tibda mill-Knisja Parrokkjali fi Triq Fleur-de-Lys, u tgħaddi minn Triq il-Passju, Triq l-Akkwedott, Triq l-Ewwel ta’ Mejju sal-Kappella tal-Iskola Santa Monika. Wara quddiesa fl-istess kappella tal-Iskola Santa Monika. Il-Knisja Parrokkjali tgħalaq kif toħroġ il-purċissjoni.
Il-Ġimgħa 06/10/23 fis-6.15pm.

Purċissjoni bil-Bambin tal-Milied
Pellegrinaġġ b’Ġesu Bambin, li tgħaddi minn Triq Fleur de Lys, l-Ewwel ta' Mejju, Triq l-Akkwadott,Triq il-Passju u Triq Fleur-de-lys.
Il-Ħadd 24/12/23 fil-5.00pm.