Infakkrukom li sakemm ikun lest ix-xogħol fil-knisja, l-quddies qiegħed isir fiċ-ċentru. Il-ħin baqa’ l-istess:
• Mit-Tnejn sas-Sibt: fis-6.30am, 7.30am, 8.30am u fis-6.30pm.
• Il-Ħadd: Filgħodu fis-6.00am, 7.00am, 8.00am, 9.00am u l-10.30am. Filgħaxija fil-5.00pm (bl-Ingliż) u fis-6.30pm.
1. L-Erbgħa – Huwa jum iddedikat lill-Verġni Marija, l-Omm u l-Ġmiel tal-Karmelu. Nagħmlu tajjeb jekk nieħdu sehem fil-quddiesa u fit-talb li jkollna flimkien. L-anzjani mhux se jiltaqgħu fiċ-Ċentru.
2. Il-Ħamis – Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija, ikollna ftit ħin ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat, immexxija mill-Grupp tal-Ħniena Divina.
Avviżi oħra:
• Il-Ħadd, 1 ta’ Novembru – Fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar se jiġi ċċelebrat il-Kungress Nazzjonali tat-Terzjarji. Infakkru lit-Terzjarji li huwa dmir tagħna li nattendu għalih. Dawk li jixtiequ t-trasport jistgħu jkellmu lil Josephine Spiteri.