Dwarna | Komunitajiet Reliġjużi Oħra | Sorijiet Ulied il-Qalb ta' Ġesù - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Dwarna

Komunitaijiet Reliġjuzi Oħra

Sorijiet Ulied il-Qalb ta' Ġesù

Il-kongregazzjoni tas-sorijiet Ulied il-Qalb ta' Ġesu ġiet imwaqqfa fis-sena 1903 minn xebba ta' ħajja tajba u mimlija ħeġġa biex ixxerred it-tagħlim fost ulied il-Maltin. Din ix-xebba kien jisimha Maria Tereża Nuzzo. Maria Tereża Nuzzo twielder il-Belt Valletta nhar il-11 ta' Mejju 1851 u mietet fis-17 ta' April 1923, fl-eta ta 72 sena. Illum is-sorijiet għandhom numru mhux żgħir ta' kindegartens f'ħafna parroċċi u huma attivi ħafna fit-tagħlim tal-katekiżmu, għandhom ukoll żewġt idjar tat-tfal orfni fiż-Żejtun u fiż-Żurrieq, skola primarja fil-Marsa u kunventi oħra fi Fleur-de-Lys, Albert Town il-Marsa, il-Mellieħa, Selmun, l-Imsida, Ħal Kirkop, il-Ħamrun u r- Rabat Malta. Il-Kongregazzjoni xterdet anke barra minn Malta u hekk insibu djar fl-Indja u fil-Kenja.

Kien il-5 ta' Settembru 1959 meta Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi qiegħed u bierek l-ewwel ġebla tal-kappella fil-kunvent ta' Fleur-de-Lys bil-ħsieb li titwaqqaf id-dar tan-Novizzjat f'dan il-Kunvent. Fis-27 ta' Lulju 1961 saret l-inawgurazzjoni fid-dar tan-Novizzjat. Fil-preżent il-kunvent sar id-dar ġeneralizzja tal-kongregazzjoni, imsemmi għall-fundatriċi Maria Tereża Nuzzo. Il-Kappella ġiet solennement imbierka minn Mons Mikiel Gonzi Arċisqof ta’ Malta nhar is-27 ta; Mejju 1964. Fost il-ħidmiet fejjieda li tagħmel din id-dar, ta’ min isemmi il-ħidma pastorali li twettaq fost il-ħaddiema tal-fabbriki tal-qasam Industrijali tal-Imrieħel.