Dwarna | Komunitajiet Reliġjużi Oħra | Sorijiet Karmelitani - Parroċċa Fleur-de-Lys

Parroċċa Fleur-de-Lys

Dwarna

Komunitaijiet Reliġjuzi Oħra

Sorijiet Karmelitani

Sorijiet Karmelitani

Il-Beata Marija Crocifissa Curcio hija fundatriċi tas-Sorijiet Karmelitani. Is-sorijiet Karmelitani Missjunarji ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù waqqfu l-ewwel komunità f’Malta fil-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmu fi Fleur-de-Lys. S’issa fil-gżejjer Maltin kienu jinstabu biss f’Għawdex fir-Rabat u Kerċem. Din il-Komunità hija li magħmula minn tlett sorijiet, Sister Paolina Vella minn Għawdex u Sister Maria Patricia T. Piquero u Sister Donata D. Rodrigo mill-Filippin.

It-Tlieta 14 ta’ Novembru 2017, festa tal-Qaddisin Karmelitani sar ir-rit tal-bidu tal-ħidma tagħhom. Biex jifirħu u jitolbu magħhom inaqgħdu ż-żewġ komunitajiet ta’ Sorijet Agostinjani u l-komunità tas-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù li ilhom fil-parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu fi Fleur-de-Lys għal numru ta’ snin. Kif qal Fr Martin D. Schembri O.Carm, il-Kappillan waqt l-omelija, “Hija grazzja kbira minn Alla li fil-parroċċa tagħna għandna l-akbar numru ta’ Komunitajiet Reliġjużi fil-parroċċi Maltin, ħamsa b’kollox, għax il-komunitajiet Reliġjużi huma bħall-għeruq ta’ siġra, li jagħtu l-vitamini lill-parroċċa permezz tat-talb, s-sagrifiċċji u l-ħidma tagħhom. Għandna għalxiex nirringrazzjawh lil Alla għax li tana dawn il-Komunitajiet għax ser ikomplu jqaddsu lill-Parroċċa ta’ Fleur-de-Lys.”

Wara l-quddiesa sar it-tberik tal-kunvent il-ġdid, li jinsab fi triq li iġġib l-isem ta’ Patri Karmelitan magħruf bħala l-Poeta tal-Madonna, f’numru 90, Triq Patri Anastasju Cuschieri O.Carm. Dan il-kunvent kien ilu f’idejn is-sorijiet għal bosta snin imma ma setgħux isibu sorijiet disponibli biex jiffirmaw komunità ġdida.